Rapport: Stewart Said
SIRENS MECCA MARIN….. 8
EXILES…………………………. 5
(2-2), (2-2), (1-1), (3-0)
Sirens Mecca Marin ikkonsolidaw it-tielet post fil-klassifika b’rebħa missielta kontra Exiles. Konfront tipiku bejn dawn iż-żewġ timijiet, hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jemmnu li setgħu jiksbu t-tliet punti minn dan il-konfront. Id-differenza spiċċat biex kienet l-aħħar sessjoni, b’Sirens ħadu l-vantaġġ u żammewh. Għal Exiles kien hemm nieqes il-gowlkiper Matthew Castillo filwaqt li Sirens kienu mmexxija mill-eks Exiles Igor Vukanovic fl-assenza ta’ Marko Orlovic.
Jacob Sciberras u Matthias Azzopardi taw vantaġġ bikri lil Sirens iżda Jake Bajada u penalty ta’ Max Aquilina annullaw il-vantaġġ. Fit-tieni sessjoni, Exiles ħadu l-vantaġġ darbtejn iżda fiż-żewġ okkażjonijiet, Sirens wieġbu permezz ta’ Gianni Farrugia u Matthew Chircop minn man-up.
Il-bilanċ baqa’ jirrenja wkoll fit-tielet sessjoni. Ken Erdogan għamel l-iskor 5-4 favur Sirens u minuta u nofs wara Aquilina ġab id-draw. Kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni, b’Sirens jiskorjaw darbtejn fl-ewwel żewġ minuti tas-sessjoni. Exiles kellhom ċans ftit wara iżda fallew żewġ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika, b’Gianni Farrugia jagħlaq il-logħba b’gowl minn man-up bi ftit anqas minn minuta u nofs għat-tmiem.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (1), G. Farrugia (2), M. Chircop (1), I. Riolo, J. Napier (1), M. Cutajar (1), M. Sciberras, M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, M. Aquilina, E. Bonnici
Exiles: G. Borg, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti, N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (2), D. Fenech, L. Gialanze, M. Martellacci
Referees: Alex de Raffaele, Richard Magri
SLIEMA FRANK SALT……….. 13
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 2
(2-0), (6-0), (3-0), (2-2)
Sliema Frank Salt komplew l-imbattibilità tagħhom din id-darba b’rebħa faċli. Tliet punti li waslu mingħajr reżistenza hekk kif Sliema ddominaw mill-bidu sal-aħħar, bl-uniku konsolazzjoni għal Birżebbuġa tkun li evitaw li jispiċċaw il-logħba mingħajr ma jkunu sabu x-xibka.
Sliema kellhom jistennew għal wara nofs l-ewwel sessjoni biex fetħu l-iskor, biż-żagħżugħ Benji Cachia u Zach Mizzi jagħtu vantaġġ doppju. Fit-tieni sessjoni, is-Slimiżi ddominaw b’Mizzi jiskorja doppjetta mis-sitt gowls skorjati fis-sessjoni.
Zach Mizzi kompla jkun preċiż u żied żewġ gowls oħra fit-tielet sessjoni, bis-centre Jerome Gabarretta jtemm b’suċċess azzjoni kordinata u skorja l-11-il gowl. Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa sabu x-xibka darbtejn fl-aħħar minuti.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea, D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (2), J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg, K. Borg, Z. Mizzi (6), D. Zammit (1), A. Theuma, J. Saliba, T. Camilleri
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech, C. Mifsud, R. Mock, G. Mannino, D. Cutajar (1), S. Bezzina, K. Tanti, R. Spiteri, M. Curmi, C. Borg, G. Sammut (1)
Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri
OTTERS NIVEA…………….. 2
VALLETTA IZIBET……….. 13
(1-3), (0-3), (0-1), (1-6)
Valletta Izibet jinsabu f’xifer il-konferma tar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni. Is-sitt rebħa minn sitt logħbiet waslet mingħajr diffikultà kontra Otters Nivea. Għalkemm iddominaw, l-iskor finali forsi jagħmel ftit inġustizzja ma’ Otters li krollaw biss fl-aħħar sessjoni.
Valletta kienu dejjem fil-vantaġġ għajr perjodu żgħir fl-ewwel sessjoni. Nicholas Farrugia, Luca Felice u Daniel Paolella skorjaw il-gowls tal-Beltin b’Luke Grech Carr kien ġab id-draw momentarju.
Mertu wkoll tal-gowlkiper Benji Busuttil, Valletta rnexxielhom ma jsofrux gowl tul it-tieni u t-tielet sessjoni. Anki jekk ma esprimewx l-aqwa logħob, Valletta komplew ikabbru l-vantaġġ gradwalment għal 7-1. It-tim ta’ Joe Cremona ħa vantaġġ mill-għajja tal-avversarji u kabbar ir-rebħa fl-aħħar sessjoni.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, L. Grech Carr (1), K. Micallef, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo, A. Dimech, G. Gatt Ellis
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia (4), M. Pace, J. Culic, Z. Micallef (1), T. Said, D. Paolella (1), M. Mifsud, S. Micallef (2), A. Agius (3), K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice (2), O. Zammit
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
Logħob li jmiss
L-Ewwel Diviżjoni
Marsaskala v Barracudas 6.30pm
Kampjonat Premier
Sirens v Birżebbuġa 7.35pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 7 7 0 0 98 27 21
San Ġiljan 7 6 0 1 85 42 18
Sirens 7 4 0 3 52 68 12
Neptunes 7 2 1 4 60 65 7
Birżebbuġa 7 1 1 5 39 87 4
Exiles 7 0 0 7 42 87 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 6 6 0 0 77 27 18
Marsaskala 5 4 0 1 72 24 12
Ta’ Xbiex 5 2 1 2 56 55 7
Otters 6 1 1 4 36 81 4
Barracudas 6 0 0 6 40 94 0
//= $special ?>