Sport Sport Ieħor

Tennisti mir-Russja u mill-Belarus mhux se jitħallew jikkompetu f’Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Tennisti mir-Russja u mill-Belarus mhux se jitħallew jikkompetu f’Wimbledon minħabba l-inażjoni ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi fuq l-Ukrajna. Dan ifisser li s-seed numru 2 Daniil Medvedev u s-seed numru 4 tan-nisa Aryna Sabalenka mhmiex se jkunu qed jikkompetu.

Dawn it-tennisti mhumiex ukoll se jitħallew jikkompetu f’tournament li se jkunu qed isiru fir-Renju Unit. Fi stqarrija l-ATP qalet li dan qed jikser il-ftehim li għandhom ma’ Wimbledon għaliex dawn it-tennisiti mhux se jkunu qed jitħallew jikkompetu minħabba n-nazzjonalita tagħhom.

It-tournament ta’ Wimbledon se jkun qed isir bejn s-27 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju.