Kritika mill-Unjoni Ewropea għall-mod kif il-Gvern Malti ma kienx kapaċi jwieġeb għal mistoqsijiet sempliċi dwar frodi u korruzzjoni f’pajjiżna waslu mingħand il-Prosekutur dwar il-Frodi fl-UE Laura Codruta Kovesi meta kienet qed tindirizza lill-Parlament Ewropew, fejn anke nnotat kif il-Gvern Malti mhux jieħu azzjoni kontra dawn ir-reati minkejja li qal li kellu jagħmel dan.
Kovesi qalet ukoll li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna li tkellmu magħhom bdew jitfgħu it-tort fuq xulxin u għalhekk, ma kienx possibbli għall-Uffiċċju li tmexxi biex jidentifika liema hi l-istituzzjoni f’pajjiżna li tinvestiga reati ta’ frodi u korruzzjoni. U dan wara jiem ta’ laqgħat ma’ rappreżentanti minn dawn l-awtoritajiet.
Meta kienet qed twieġeb għal mistoqsijiet li sarulha minn Newsbook.com.mt, il-Prosekutur dwar il-Frodi fl-UE qalet li l-Gvern Malti ma jistax jitqies bħala wieħed ‘nadif’ anke fuq il-mod kif qed jonfoq il-flus li jingħatawlu mill-Unjoni Ewropea.
Kritika oħra lejn il-mod kif suppost qed ikunu indirizzati dawn ir-reati f’pajjiżna waslet mill-EU Observer, li nnota kif il-Gvern Malti qatt ma fetaħ l-ebda investigazzjoni biex ikunu miġġielda reati finanzjarji.
//= $special ?>