Manchester United ikkonfermaw lil Erik ten Hag bħala l-coach l-ġdid tagħhom għall-istaġun li ġej. Hu se jkun qed jieħu post Ralph Rangnick fi tmiem l-istaġun, bl-istess Rangnick se jkun qed jieħu post bħala konsultent għas-sentejn li ġej u se jkollu sehem fit-trasferimenti li se jkunu qed iwettqu Man Utd fix-xhur li ġejjin. Din l-aħbar tikkonferma r-rapporti fil-media Ingliża b’ ten Hag se jħalli lil Ajax fl-Erevidise.
Erik ten Hag ħa f’idejh it-tmexxija ta’ Ajax fl-2017 fejn trasforma t-tim f’wieħed kompettitiv, b’Ajax jaslu sas-semi finali tal-UEFA Champions League fl-2019, fejn eventwalment kienu eliminati minn Tottenham fl-aħħar sekondi tal-partita. Fl-erba’ snin li qatta’ ma’ Ajax il-coach Olandiż rebaħ darbtejn il-Kampjonat kif ukoll it-Tazza Domestika, fl-istaġuni 2018/19 u fl-2020/21.
Hu mistenni jiffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2025 bl-għażla li jġedded il-kuntratt b’sena fi tmiem it-terminu tiegħu. L-aħbar ta’ ten Hag tasal wara disfatta oħra għal Man Utd fit-telfa umiljanti ta’ 4-0 kontra Liverpool, b’bosta opinjonisti sportivi jelenkaw id-differenza fil-kwalita’ ta’ bejn iż-żewġ timijiet.
Man Utd jinsabu fis-sitt post fil-klassifika tal-Premier League b’54 punt fit-taqtigħa għall-post fil-UEFA Champions League, b’Tottenham u Arsenal jinsabu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament b’57 punt.
//= $special ?>