Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-belt ta’ Kharkiv mill-ġdid taħt xita ta’ missili

L-Armata tar-Russja qed twettaq il-bumbardamenti ‘bla heda’ fuq l-inħawi ta’ Kharkiv, lejn il-grigal tar-Russja. Dan meta għad fadal madwar miljun persuna f’din il-belt u minfejn, s’issa, kienu evakwati mat-30 fil-mija tal-popolazzjoni; fil-parti kbira tagħhom nisa, tfal u anzjani.

Kharkiv hi t-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna u l-militar tal-Kremlin ilhom jippruvaw jaħtfu l-kontroll tagħha mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.

Sadanittant, il-fażi ġdida tal-offensiva tar-Russi fuq il-lvant tal-Ukrajna għad ma rriżultatx f’xi żblokk notevoli minn aspett militari.

Dan waqt li l-osservaturi qalu li t-truppi ta’ Putin għamlu biss ‘xi kisbiet minimi’ u meta jidhru li qed jokkupaw il-periferiji ta’ xi bliet Ukreni f’din iz-zona ta’ gwerra.