F’artiklu li deher illum, ġie kkwotat illi “Simpson qal li l-union li huwa jirrappreżenta hija reġistrata mad-DIER (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol u li l-amministrazzjoni kienet qed titkellem magħha u mal-UĦM li tirrapreżenta l-maġġoranza talmembri.”
Din l-informazzjoni tagħti x’tifhem li Union Law Courts Employees qegħda b’xi mod bi sħab mal-UĦM tinnegozja f’isem il-ħaddiema u qed tkun fuq il-mejda tan-negozjati.
Fil-verità hija l-UĦM biss li f’dan ir-rigward għandha l-għarfien u għaldaqstant hi biss tkun fuq l-medja tan-negozjati u tkun taf meta ser isiru il-laqgħat. Intant, il-UĦM tista’ tikkonferma li bħalissa hemm numru ta’ laqgħat prenotati sabiex jingħalaq dan il-ftehim.
Il-UĦM Voice of the Workers, waqt il-kampanja elettorali kienet sostniet li n-negozjati kellhom jitkomplew u dan għaliex il-waqfa waqt l-elezzjoni kienet waħda mingħajr preċedenti, pero’ jidher li wara l-elezzjoni n-negozjati infatti ser jitkomplew sabiex jinstab ftehim li huwa wieħed li veru jirrifletti ix-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.
//= $special ?>