L-Eġizzjan ta’ 52 sena li għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera akkużat b’kompliċità u assoċjazzjoni biex tiddaħħal f’Malta 50 kilo raża tal-kannabis qal fil-Qorti li mhuwa vera xejn li huwa kien b’xi mond inovlut f’dan id-deal u saħaq li dak li ħareġ fil-Qorti huwa kollu paroli.
Ahmed El Fadalli Enan, u ilu jgħix Malta 29 sena, jinsab mixli fuq każ ta’ droga li jmur lura għall-2010, liema allegat pjan kien li huwa jġib Malta 100 kilo raċa u mhux 50 kilo. Enan determinat li jixhed spjega lill-ġurati kif il-pulizija arrestawh u qalulu li għandhom mandat biex ifittxu f’daru kif ukoll fil-ħanut tal-għamara fejn kien jaħdem.
Kompla li l-Pulizija interrogatu fid-depot tal-Pulizija u wieġeb għall-mistoqsijiet kollha u dejjem ċaħad l-involviment tiegħu fil-pjan. Mistoqsi fuq il-flus li bagħat bis-sistema tal-Western Union saħaq li huwa bagħat il-flus lill-eks mara fl-Italja fejn kienet qed tgħix u lil mara fit-Tuneżija fuq talba ta’ oħt persuna li kien jaf.
Dwar Tano Farrugia, ix-xhud ewlieni f’dan il-ġuri li qal li kien l-akkużat li bagħtu t-Tuneżija għad-droga, huwu qal li lanqas biss jafu u li fix-xhieda ta’ Farrugia hemm xeba’ taħwid. Waqt il-kontro-eżami tal-prosekuzzjoni l-akkużat baqa’ jiċħad li kien jaf lil Tano Farrugia u li għadu perpless għaliex issemma b’rabta ma’ dan il-pjan.
L-Avukat Micallef Stafrace wara li xehed il-klijent tiegħu beda jfiehem lill-ġurati l-każ y talabhom biex jiftakru kif il-Pulizija Tuneżina qalet lix-xhud ewlieni, Tano Farrugia, li jekk isemmi lil min bagħtu għad-droga kienu se jibgħatuh Malta, u li dan mżgħamlux.
Micallef Stafrace semma wkoll il-fat li waqt li Farrugia qal li huwa kien mar it-Tuneżija għal tliet ijiem u mbagħad iddeċieda li jestendi ż-żjara l-biljett tal-ajru li qata’ kien se jagħmel ġimgħa hemm. Huwa sostna li Farrugia ddeċieda li jsemmi lill-akkużat meta ma tagħmilx sens li l-istess akkużat jibgħat lil xi ħadd li bilkemm jafu biex iġiblu dik id-droga kollha.
L-avukat qal ukoll lill-ġurati li lanqas jagħmel sens li l-klijent tiegħu jibgħat Malti li ma jafx jitkellem bl-Għarbi biex jinnegozja għad-droga ma’ Għarbi li ma jafx Malti. Huwa nsista li l-verità hija waħda li ma kien hemm l-ebda pjan bejn l-akkużat u x-xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni.
Il-ġuri jkompli l-Ġimgħa filgħodu fejn il-prosekuzzjoni għandha tressaq il-każ tagħha, u wara l-aħħar kelma tkun tad-difiża li tagħmel il-kontro-replika tagħha. Finalment isir l-indirizz milll-Imħallef u fl-aħħar il-ġurati jidħlu jiddeliberaw il-verdett.
F’dan il-każ il-Pulizija temmen li l-pjan kien jaħseb biex tiddaħħal Malta mal-100 kilo tal-istess droga. Dak li kien l-Ispettur tal-Pulizija, illum Deputat Kummissarju Dennis Theuma li nvestiga l-każ jemmen li l-pjan mar żmerċ wara li l-Pulizija Tuneżina arrestat lil Tano Farrugia li nstab fil-pussess tal-50 kilo raża tal-kannabis.
Farrugia kien inqabad bid-droga ġo kamra ta’ lukanda fit-Tuneżija. Fix-xhieda tiegħu Farrugia qal li kien Enan li bagħtu għad-droga. U li huwa kien aċċetta għax kien fallielu n-negozju tad-detergents u li Enan wegħdu €15,000, flus li qatt ma tah. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Godwin Cini u Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Għall-akkużat qed jidherl-Avukat Simon Micallef Stafrace
//= $special ?>