Lokali

L-ewwel edizzjoni tal-Festival tar-Roti f’Għajnsielem

Is-Sibt li ġej se ssir l-ewwel edizzjoni tal-Festival tar-Roti f’Għajnsielem… ġurnata mimlija attivitajiet divertenti, sportivi u edukattivi għall-familja kollha.

Wieħed se jkun jista’ juża’ rampi mibnija apposta, jieħu sehem fi tlielaq għal etajiet differenti u jattendi għal spettaklu professjonali fuq turġien u toroq matul Urban Mountain Race.

L-għan ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet huwa li jippromwovu l-użu tar-roti bħala sports u anke bħala mezz ta’ trasport.

Għal din l-attivita ser jingħaqdu l-għaqda lokali R.U.S.T (Riders United Standing Together) flimkien mal-Goodcleanfun u MMBA (Malta Mountain Bike Association).

Festa Roti se tiġi organizzata bejn il-11 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar fi Pjazza Madonna ta’ Loretu, Pjazza 10 ta’ Diċembru, Triq Chambray, Ta’ Passi u fl-Għajnsielem Pump Track.