Lokali Qorti

Mixli li hedded lil martu u lil ibnu f’seduta mill-aktar kommoventi fil-Qorti

Raġel ta’ 50 sena minn Birkirkara u li ma jaħdimx ġie mixli quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana b’theddid fuq martu u ibnu ta’ 18-il sena. Wara li nstema’ l-każ bil-qorti tagħtih il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiddepożita s-somma ta’ €2,500. Huwa nforma lill-Qorti li ma kellux flus fuqu għax kien arrestat. Hu lanqas ma seta’ jagħmel kuntatt ma’ martu minħabba l-każ, iżda sar magħruf li martu kienet se tibgħat il-flus ma’ tifel ieħor, mhux il-vittma..

B’dan kienet infurmata l-Avukat tal-akkużat li qalet ukoll lill-Qorti li omm l-akkużat anzjana ta’ 75 sena, fil-mument li binha kienet qiegħed il-Qorti kienet għand il-vittmi tibki magħhom dwar dak li kien  seħħ. “Aħna familja, ma nafx x’ġara, jien inħobbhom,” qal l-akkużat lill-Qorti f’xeni kommoventi. Dan meta huwa ma felaħax aktar u qabad jibki qiesu tarbija. Fil-Qorti ħareġ li l-koppja għandhom tifel li huwa bioloġikament tagħhom u tnejn oħra li huma rabbew.

L-Ispettur Sherona Buhagiar li ressqet lir-raġel mera semgħet dan kollu qalet, “ħafna jaħsbu li aħna nistgħu nsolvu kollox, imma meta jkollna rapport ta’ din il-kwalità bilfors irridu nipproċedu.” Hija xlietu li tard l-Erbgħa fil-għaxija werwer liż-żewġ persuni u dan wara li huma għamlu rapport fuq vjolenza domestika fejn magħhom kien agrressiv tant li hedded lil mara li kien se jisparalha u lit-tifel li kien se jifqgħu bil-vann.

Qalet ukoll li huwa kisser xi oġġetti u li qalilhom li kien se jaħraq id-dar u jġibha sulfarina.Tenniet ukoll li l-vittma qalulha li madwar sena qabel kien seħħ inċident ieħor. Il-prosekutur qalet ukoll li l-mara tiegħu qaltilha li hemm bżonn li jingħata l-kura dwar is-saħħa mentali tiegħu. Qaltilha li t-tabib tagħhom kien irreferih għand psikjatra, iżda hu qatt ma mar.

Dan ukoll peress li skont il-vittma darba kien qabadha permezz ta’ video call fejn kellu senter ppuntat lejn gerżumtu u qalilha li kien se joqtol lilu nniffsu. Madankollu huma dejjem ċaħad li għandu problemi mentali, Fil-Qorti l-Ispettur esebit ukoll tliet snieter li nstabu fil-propjetà tal-akkużat.

L-Avukat Marouska Debono li dehret għall-akkużat qalet li l-klijent tagħah ilu jaf lil mara 26 sena u ilhom miżżewwġin bejn tlieta u erba’ snin,. Hija qalet li r-raġel fl-ebda ħin ma resaq lejhhom meta kisser xi tazzi u inkwadru., Tenniet li l-argument kien ta’malajr u fir-rabja inkisru xi oġġetti meta huma ma kienux hemm.

“Għandu kondotta nadifa u qatt ma kellu xjaqsam ma ġlied u vjolenza domestika, sadaniitant il-prosekuzzjoni qed tgħdi li s-snieter u munizzjon instabu fid-dar, meta dawn kienu imsakkra f’garaxx, li vera jinsab mad-dar iżda l-bogħod mill-partijiet.

“Saru ħafna allegazzjonijier minn naħa tal-vittmi, iżda huwa kkopera u qal x’ġara u ma ġarax, qed nitlob il-ħelsien mill-arrest, din kienet sitwazzjoni ta’ darba.

“L-Ispettur qalet li saru qabel imma qatt ma saru rapporti lill-Pulizija qabel. Issa niġu ngħidu li ilna nibżgħu minnu għal dawn is-snin kollha. Li ma qalux il-vittmi huwa li l-argument inqala fuq ‘joint account ‘ fejn il-mara qabdet il-flus u tefgħethahom fil-kont tagħha, qalet l-Avukat Debono.

Kompliet li huwa ried ukoll li jaqsmu kollox nofs bin-nofs. Tenniet li fuq il-pleġġ għandu post alternattiv.  Ommu toqgħod Santa Venera u jista’ jmur joqgħod magħha,

L-Ispettur Buhagiard qalet li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija kemm waqt l-arrest kif ukoll waqt l-istqarrija. Hija qalet li kienet qed topponi l-pleġġ minħabba biża ta’ intraċċ tal-provi. L-Ispettur qalet li kien  fis-sigħat bikrin tal-Ħamis li hija kienet infurmata mill-Pulizija mill-iskwadra kontrar-reati ta’ vjolenza domesitka. Ir-rapport li kien  sar mit-tnejn kien li kif waslu d-dar fl-10pm. ir-raġel kien aggressiv u pprova jħebb għat-tifel u ommu

Qalet li huwa jinsab fil-pusses tiegħu armi reġistrati fuqu li huma tat-tip Breda, Benelli u Venelli u 62 skartoċċ. Sostniet ukoll li l-allegati vittmi qalu li jibċgħu ħafna minnu meta jsir agressiv. L-Ispettur qalet ukoll li fuq is-sodda tat-tifel instab serrieq u dan kien hemm hekk kif l-omm u t-tifel waslu lura dar meta kellu lill-uffiċjali tal-vjolenza domestik. Hawn l-Avukat Debono ikkontestat dan il-fatt u qalet li s-seraq kien fuq mejda u mhux fuq is-sodda.   

Il-Qorti laqgħet talba biex tipprovdi għas-sigurtà ta’ martu u ibnu. Il-Qorti laqgħet talba għall-pleġġ bil-kundizzjoni li ma jkellem lil ħadd li għandu x’jaqsam mal-każ inkluz il-mara u t-tifel.

Kundizzjonijiet oħra huma li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt bejn it-8am u 8pm. fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun u li jirtira sal-11pm u ma joħroġx qabel is-7am.  Huwa ġie ordnat li jmur tgħix għand ommu  f’Santa Venera. Dan fuq depożitu ta’ €2,500 u garanzija persoanli ta’  €7,500.  Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara u t-tifel,.