Lokali

Studju biex jingħelbu l-isfidi tal-eating disorders fost il-Maltin

Fl-aħħar xhur sar studju mill-Fakultà tal-Benesseri Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta flimkien maċ-ċentru għat-trattament ta’ eating disorders, Dar Kenn għal Saħħtek biex jistabbilixxu s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna fejn jidhlu l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt l-eating disorders.

Dan biex eventwalment ikunu jistgħu jgħinu aħjar lil persuni li ghandha dawn il-kundizzjonijiet… filwaqt li jqajmu iktar għarfien biex wieħed ma jiddejjaqx isib l-għajnuna.

L-istudju wera li madwar 90% tal-popolazzjoni Maltija għandha għarfien sew dwar x’inhuma eating disorders.

L-istudju ffoka fuq il-kundizzjonijiet kollha li jaqgħu f’din il-faxxa, fosthom Anorexia, Bulimia Nervosa u Binge Eating… bir-ricerkatrici Maltija tgħidilna li wieħed għandu jgħaraf li l-ikel mhux mezz ta’ żvogg li tużah biex ikollhom tip ta’ kontroll f’ħajtek.

Dan l-istudju ffoka mhux biss fuq il-persuni li għaddejjin minn dawn il-kundizzjonijiet iżda wkoll fuq il-qraba u l-ħbieb taghhom … bil-pass li jmiss hu li l-professjonisti jgħinu bl-aħjar mod lil dawn il-persuni.

Dan l-istudju, li fih ipparteċipaw 400 persuna, wera li l-ammont ta’ persuni li qed ifittxu l-għajnuna rigward eating disorders… fl-aħħar 10 snin żdied minn 0.9% fl-2012 għal madwar 12%.