Il-captain ta’ Man Utd Harry Maguire rċieva theddida ta’ bomba fir-residenza tiegħu fejn issejjħu l-pulizija għall-aktar investigazzjoni. Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li fid-dar ta’ Maguire hemm il-preżenza tal-klieb tal-pulizija, fejn jgħix flimkien mal-partner Fern Hawkins kif ukoll iż-żewġ uliedhom. Dan wara li Maguire rċieva email li tgħid li se titpoġġa bomba mar-residenza tiegħu.
Kelliem għal Maguire qal li fl-aħħar 24 siegħa Maguire rċieva theddida ta’ bomba fir-residenza tiegħu, bid-difensur Ingliż jirraporta immedjatament lil pulizija. Intant Maguire se jkun qed jipprepara b’mod normali għall-partita ta’ Man Utd kontra Arsenal nhar is-Sibt.
Maguire kien fil-mira ta’ kritika qawwija minn partitarji u opinjonisti għall-prestazzjonijiet tiegħu ma’ Man Utd matul dan l-istaġun.
//= $special ?>