Lokali

Tirritorna “Fiera Festa tal-Għadira”

L-attivita’ popolari “Fiera Festa tal-Għadira” f’Ta’ Kerċem qed tirritorna bil-kbir wara nuqqas ta’ sentejn. Din ser issir il-Ħadd li ġej, 24 t’April 2022 minn nofs inhar ‘l quddiem ħdejn l-Għadira ta’ San Raflu f’Ta’ Kerċem.

Huma bosta l-attivitajiet immirati għall-familja kollha, fosthom lotteriji b’rigali sbieħ, diversi logħob ieħor, spazju b’għadd ta’ logħob għat-tfal li ser ikunu kollha b’xejn, varjeta’ kbira ta’ pjanti, prodotti magħmula mill-frawli frisk, ikel u xorb. Ser issir ukoll kompetizzjoni kbira ta’ sparatura fuq il-plattini miftuħa fuq żewġ kategoriji. Min jixtieq jipparteċipa jista’ japplika fuq il-post stess.

Ser ikun hemm parking organizzat b’xejn għal kulħadd.

Din l-attivita’ ser tittellgħa bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.