Lokali

70% taż-żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u l-25 sena ibatu minn ansjetà

70% taż-żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u l-25 sena ibatu minn ansjetà.

Dan ħareġ minn studju li sar mill-Fondazzjoni Richmond  – rapport magħruf bħala l-Mental Health Barometer, illi l-għan tiegħu hu li tiġi studjata is-saħħa mentali fiż-żgħażagħ f’pajjiżna, bil-għan li r-Richmond tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha sabiex tkun tista tgħin lil dawn l-individwi.

L-istudju ġie mqassam fil-portals tal-iskejjel għall-istudenti tas-Sekondarja, filwaqt li għall-etajiet l-oħrajn ġiet imnedija kampanja fuq il-midja soċjali.

L-istudju analizza l-ħajja fl-iskola jew fuq il-post tax-xogħol, l-emozzjonijiet, u l-perċezzjonijiet dwar is-servizzi ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ.

Matul konferenza li saret mir-Richmond fil-Palazz tal-Verdala… il-Kap Eżekuttiv Stephania Dimech Sant tkelmet dwar il-proġett “Mental well-being centre for families with young people” li jinkludi il-Youth Mental Health Barometer, vidjos edukattivi immirati lejn żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu jifhmu s-saħħa mentali tagħhom u anke kif jistgħu jtejbuha, materjal edukattiv immirat lejn il-ġenituri u anke taħriġ għall-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam…. kollox bil-għan li titjieb is-saħħa mentali taż-żgħażagħ f’pajjiżna.

Net News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tar-Richmond  Stephania Dimech Sant illi sjegat magħna kemm hu importanti li wieħed ma joqgħodx lura, u  jirrikorri għall-għajnuna meta jkollu bżonn

Intant, waqt din l-istess konferenza għamel l-indirizz tiegħu ukoll il-President ta’ Malta George Vella illi stqarr li f’pajjiżna għandna bżonn ngħatu għajnuna lil kull żagħżugħ u żagħżugħa sabiex ngħinuhom jikbru f’adulti b’saħħithom mentalment ….dan għaliex mhux kulħadd huwa psikoloġikament l-istess, u hemm min  jeħtieġ l-għajnuna.

Il-President ta’ Malta irringrazzja lir-Richmond Foundation tal-ħidma tagħhom fejn tidħol is-saħħa mentali u saħaq li huwa importanti li ngħaddu l-messaġġ li kif jinghad bl-Ingliz…“it’s okay not to be okay”, u li kulħadd f’xi zmien jew iehor ikollu perijodu diffiċli … anke jekk tkun persuna b’saħħitha.