M’hemmx dubju li Malta għandha quddiemha sfidi sinifikanti. Dan ġie kkonfermat ukoll fis-sondaġġ ippubblikat ilbieraħ mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Filwaqt li tbassir ekonomiku qal li l-kunfidenza tal-konsumatur se tkun qed tibda tirkupra, ir-riżultat tal-istħarriġ jindika li fil-fatt qed jiġri l-kuntrarju. Dan in-nuqqas ta’ fiduċja tal-konsumatur qed ikollu impatt fuq diversi setturi ekonomiċi u d-dħul tal-gvern. Il-Gvern b’mod proattiv irid jipprovdi skemi biex jappoġġjaw dawn in-nuqqasijiet filwaqt li jipproteġu l-impjiegi u n-negozji u intrapriżi ż-żgħar tagħna.
Fi stqarrija, il-Kelliem għas-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar Robert Cutajar u l-Kelliem għall-Ekonomija u Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi ġodda Ivan J. Bartolo saħqu li filwaqt li l-ekonomija Maltija għadha qed tbati minħabba l-grey listing, ilbieraħ sirna nafu li l-Prosekutur tal-Kummissjoni Ewropea ma setax jidentifika l-awtorità f’Malta li tipproteġi l-pajjiżna kontra l-frodi, dan ma jawgura xejn tajjeb biex noħorġu mill-lista l-griża mill-aktar fis.
Bil-lista griża mdendla fuq rasna, il-bidliet obbligatorji li jridu jsiru fir-rigward tar-reġim tat-taxxa u l-impatt fuq l-Investiment Barrani Dirett, id-dħul imnaqqas mill-iskema IIP u ż-żieda fl-ispiża minħabba l-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna, il-Gvern Malti kif se jsostni l-finanzjarjament għall-ekonomija?
Is-self huwa probabbilment l-unika rotta disponibbli għal gvern. Gvern li f’għaxar snin qatt ma welled industrija ekonomika ġdida. Il-Gvern irid jieqaf jaħli flus fuq deals korrotti u jikkunsidra malajr il-proposti ekonomiċi kemm tal-imsieħba soċjali u anke tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni għall-ekonomija ta’ Malta u l-klima ekonomika attwali tagħmilha ċara ħafna li l-istrateġija tal-PN għall-ekonomija Maltija hi waħda soda u ferm meħtieġa.
//= $special ?>