Lokali

COVID-19: 249 każ ġdid, ebda fatalità

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 249 każ ġdid ta’ COVID-19 dan filwaqt li fiequ 303 persuni oħra minn dan il-virus sabiex it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa naqas għal 5567.

Fortunatament, bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma tilfet ħajjitha ebda persuna waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19 dan biex il-vittmi jibqgħu jammontaw għal 684

Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne saħaq li fl-Isptar hemm 88 persuna li huma pożittivi għall-COVID-19 b’żewġ persuni jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Dwar it-tilqim jidher li 97% tal-poplu tlaqqam bl-ewwel żewġ dożi tal-COVID-19 dan filwaqt li aktar minn 80% ħadu l-booster. Bħalissa, t-tieni doża tal-booster qed tingħata lil dawk kollha li huma vulnerabbli jew għandhom aktar minn 80 sena u dawk residenti fi djar tal-anzjani.