Raġel li pprova juża dokument falz biex jitla’ fuq titjira lejn l-Italja wara li nduna li l-permess tal-ivvjaġġar tiegħu kien skada dan l-aħħar, intbagħat il-ħabs wara li ammetta għal akkużi relatati. Huwa tressaq il-Qorti mill-Ispettur Lara Buttersfejn hija akkużat lil Awale Maman ta’ 47 sena mit-Togo bil-pussess ta’ passaport iffalsifikat u li xjentement għamel użu minn dokument ta’ identifikazzjoni falz.
L-ispettur tal-pulizija qalet lill-maġistrat Noel Bartolo li r-raġel kien ġie arrestat fl-ajruport il-Ħamis, wara li pprova jitla’ fuq titjira lejn Bergamo permezz ta’ karta ta’ residenza Ġermaniża falsifikata. Il-Qorti ħatret lill-avukat David Bonello biex jassisti lill-akkużat.
Ir-raġel ammetta u l-Ispettur Butters informa lill-Qorti li r-raġel kien ġie mill-Italja tliet snin ilu. “L-uniku dokument validu tiegħu kien ‘permesso di soggiorno’ Taljan li kien skada dan l-aħħar. Huwa beża’ li ma jkunx aċċettat ma-fruntiera u biex ikun jista’ jsiefer, kien xtara d-dokument falz,” qalet l-ispettur.
L-Avukat Bonello qal li r-raġel mhuwiex it-tip ta’ persuna li jaqla’ jew ifittex l-inkwiet u għandu kondotta nadifa. “Ħaseb li kien se jkollu problema bid-dokumenti tiegħu, minkejja li fil-verità, ma kien hemm xejn, u żbalja. L-intenzjoni hija differenti ħafna mill-każijiet tas-soltu ta’ użu ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar foloz,” issottometta l-avukat, u żied li l-klijent tiegħu kien ikkopera mal-pulizija. Huwa nstab ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess, bil-qorti tikkundasnna lil Maman għal sitt xhur ħabs.
//= $special ?>