Sa mill-bidu tal-konflitt, aktar minn 3.5 miljun persuna qasmu l-fruntiera tal-Ukrajna biex jaħarbu mill-gwerra, skond statistika mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati. Apparti dan, aktar minn 10 miljun persuna kellhom jitilqu minn djarhom lejn żoni oħra aktar siguri.
Fost dawk li qed jaħarbu, ħafna jidħlu mill-fruntiera tar-Rumanija, wara ħafna jiem ta’ mixi, mingħajr ikel, jistennew f’linji twal u jorqdu barra. Ħafna minn dawn li jaħarbu huma nisa u tfal. Mal-wasla tagħhom fil-fruntiera ta-Rumanija, voluntiera mill-Fondazzjoni Mensajeros de la Paz jilqawhom, jipprovdilhom kenn, għajnuna umanitarja bażika bħall-ikel u l-ilma, u assistenza tat-trasport lejn bliet u ċentri oħra.
Il-Fondazzjoni MAPFRE se tibgħat €163,400.56 (li €70,000 minnhom ġew mogħtija mill-Fondazzjoni MAPFRE) lil din l-l-organizzazzjoni li tirċievi Ukreni li qed jaħarbu minn bombi u orrur, biex jintużaw biex ikopru l-ħtiġijiet l-aktar bażiċi tagħhom. Kien possibbli li jintlaħaq dan l-ammont grazzi għad-donazzjonijiet ta’ ħafna nies, u dik tal-Fondazzjoni u kumpaniji oħra li l-Grupp għandu sehem minnhom.
Il-Fondazzjoni MAPFRE tixtieq jirringrazzja lil kull min kien involut f’din il-kampanja. Grazzi tal-kontribut tiegħek u s-sapport tiegħek ma’ eluf ta’ rġiel, nisa u tfal li llum qed iġorru l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukraina.
MAPFRE Malta għenet ukoll f’din l-inizjattiva billi provdiet spazji fejn in-nies setgħu jikkontribwixxu għal din il-kawża.
Minbarra din l-inizjattiva l-impjegati ġew mħeġġa jagħtu ikel u oġġetti bażiċi għall-familji tar-refuġjati li issa qed jgħixu Malta. Id-donazzjonijiet intbagħtu lill-Ukrainian Community Centre Crises f’Malta.
//= $special ?>