Fl-aħħar sigħat ukoll, in-Nazzjonijiet Uniti ħarġet stqarrija biex tgħid li l-gwerra tal-Ukrajna qed tinvolvi ‘storja ta’ orrur ibbażata fuq l-abbużi, it-tortura u l-qtil ta’ ċivili’.
Hu minnu wkoll li n-Nazzjonijiet Uniti qed tinvestiga ‘il fuq minn 300 allegati każi ta’ ‘qtil illegali’ fl-Ukrajna li għandhom ikunu kalkulati bħala reati tal-gwerra.
Kelliema għan-NU tennew, intant, li l-Organizzazzjoni dokumentat l-imwiet ta’ għexieren ta’ ċivili fil-belt Ukrena ta’ Bucha u fejn jidher li numru ta’ nies spiċċaw maqtula ‘brutalment u b’mod arbitrarju’ mill-qawwiet ta’ Putin.
//= $special ?>