Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għad-29 International Easter Meet organizzat mill-ASA

Fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq ingħataw bidu għall-ewwel sessjonijiet tad-29 International Easter Meet, mtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

L-avveniment tal-għawm mifrux fuq tlett ijiem se jkompli fil-format tas-soltu li jospita Heats filgħodu u l-Finali wara nofsinhar.

Id-29 International Easter Meet, li huwa avveniment uffiċjali ta’ kwalifikazzjoni tal-FINA, li se jara 265 atleta li jirrappreżentaw ħdax-il Club jikkompetu f’76 avveniment.

Fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni, Thomas Wareing stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid fil-200m Medley. Il-ħin tiegħu ta’ 2:07.95 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 2:08.34 hu stess stabbilixxa fl-2021 fl-Ungerija.

Sadanittant ġew stabbiliti wkoll numru ta’ rekords tal-Easter Meet minn Matthew Satariano stabbilixxa Easter Meet Group C Record fil-100m freestyle, li għamel ħin ta’ 55.75. Fl-avveniment tat-800m freestyle Alexsandar Savic għamel ħin ta’ 8:26.50, filwaqt li Sasha Gatt għamel ħin ta’ 9:02.22