Raġel ġie mixli bi traffikar ta’ droga wara li ħa konsenja ta’ pakkett bil-posta li kien fih 13-il kilp cannabis. L-Ispettur Marshall Mallia ressaq lil Goran Dimovski quddiem il-maġistrat Noel Bartolo u l-avukat difensur Matthew Xuereb, talab lill-ispettur jispjega ċ-ċirkostanzi tal-arrest tar-raġel.
L-Ispettur Mallia qal lill-Qorti kif fl-20 ta’ April, uffiċjali tad-dwana f’Ħal Luqa interċettaw pakkett indirizzat lil Dimovski fl-indirizz tiegħu f’Marsascala li kien fih 13-il kg ħaxixa tal-cannabis, lioema kunsinna kienet waħda ikkontrollata. u sar l-arrest.
Huwa qal lill-pulizija li kien se jirċievi €1,000 biex jieħu l-kunsinna u jgħaddiha lil terza persuna li ma kienx jaf. Dimovski ġie arrestat f’Marsascala barra r-residenza tiegħu. Il-konsenja saret minn uffiċjal tal-pulizija liebes bħala raġel normali li jikkunsinna oġġetti postali, huwa tenna, iżda ma wettaqx l-arrest.
Tliet uffiċjali oħra arrestaw lir-raġel, flimkien miegħu, spjega l-Ispettur Mallia. L-ispettur esebixxa numru ta’ dokumenti ta’ sostenn relatati mal-arrest. L-akkużat Maċedonjan, li qal lill-Qorti li kien jaħdem bħala xufier, wieġeb mhux ħati tal-akkużi.
Id-difiża għamlet talba għal libertà proviżorja, li kienet oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni minħabba l-fatt li “qegħdin nittrattaw każ serju ta’ 13kg. Il-persuna hija ta’ nazzjonalità barranija li qed tiġi akkużata wkoll b’assoċjazzjoni kriminali, peress li kienet se tagħti d-droga lil terza persuna, li jindika ċirku ta’ traffikar ta’ droga,” qalet il-prosekuzzjoni.
Xuereb sostna li l-klijent tiegħu ma kellux problemi fil-passat mal-pulizija. Għandu indirizz fiss, għex Malta għal 10 snin u għandu l-familja tiegħu Malta. “Ġie Malta biex isib impjieg stabbli, mhux biex jaħrab.” L-evidenza mistennija tkun lista ta’ uffiċjali involuti fil-konsenja kkontrollata.
“Il-libertà kienet ir-regola, mhux l-eċċezzjoni,” qal l-avukat. Il-prosekuzzjoni ma pproduċiet l-ebda argument dwar il-possibbiltà li l-akkużat ibagħbas l-evidenza, sostna Xuereb. Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet dwar il-pleġġ, iddeċidiet li tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u sostniet li kkunsidrat li kien hemm possibbiltà li l-akkużat ibagħbas fil-provi.
Il-Qorti kompliet kkunsidra t-talba tal-prosekuzzjoni għal ordni ta’ ffriżar fuq l-assi tar-raġel. Id-difiża ma oġġezzjonatx għat-talba, iżda talbet li l-ammont stipulat mil-liġi jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-akkużat, liema talba kienet milqugħa.
//= $special ?>