Kif ġie rappurtat minn NET News nhar l-Erbgħa, l-Albaniż Daniel Muka tqiegħed taħt att ta’ akkuża u għalhekk prattikament intemmet il-preokupazzjoni li minn naħa tal-Pulizija li huwa jispiċċa barra fuq pleġġ. Muka jinsab mixli bil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfina u Ivan Maciejowski f’Tas-Sliema f’Awwissu ta’ sentejn ilu.
Muka qed iwieġeb mhux ħati li spara tiri ta’ arma tan-nar fuq il-vittmi, madankollu ammetta li kien fost grupp ta’ tlett irġiel li daħlu fid-dar fi Triq Locker. Il-qtil seħħ fit-18 ta’ Awwissu tal-2020 għall-ħabta tal-10.30 p.m. meta l-vittmi kienu għall-affari tagħhom f’darhom.
Wara li sgassaw il-bieb tar-residenza, il-qattilea u ħallelin daħlu fir-residenza u qatluhom b’tiri ta’ arma tan-nar. Rapport fuq dan is-sit kien qal li sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa għandha toħroġ l-att tal-akkuża fil-konfront ta’ Daniel Muka. proviżorja peress li t-terminu ta’ 20 xahar skont il-liġi kien se jagħlaq nhar l-Erbgħa, 27 ta’ April.
Il-membri tal-familja tal-vittmi jinsabu nkwetati li l-att tal-akkuża ma toħroġx fil-ħin, din ġiet preżentati kif kien ġara fil-każijiet ta’ Yorgen Fenech u l-aħwa Degorgio li huma akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Muka, l-Albaniż ta’ 27 sena.
Huma kienu ġew arrestati wara li nqabdu fuq bosta kameras tas-sigurtà. Ħareġ ukoll li qraba ta’ Pandolfino stess semgħu t-tiri u raw lit-tlett irġiel ħerġin mid-dar ta’ Pandolfino tant li kien hemm min ħa n-numru tal-pjanċi u l-għamla tal-karozza li ntużat mit-tliet suspettati bil-qtil doppju.
Huwa kien ġie arrestat u tressaq il-qorti ftit aktar minn ġimgħa wara. Fil-perjodu tal-qtil, Muka kien fuq pleġġ wara li kien akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ pulizija waqt serq ta’ ġojjellerija f’Tas-Sliema. Il-liġi tistabbilixxi li sakemm il-prosekutur tal-istat ma jippreżentax att ta’ akkuża fi żmien 20 xahar mid-data meta s-suspettat jiffaċċja akkużi, huwa għandu jingħata l-libertà proviżorja. Dak il-limitu ta’ żmien ta’ 20 xahar huwa stabbilit li jiskadi nhar l-Erbgħa, 27 ta’ April.
Il-bouncer Maċedonjan Viktor Dragomanski u ċ-ċittadin Daniż Jesper Kristiansen qed jiffaċċjaw akkużi separati li kienu kompliċi fl-isparatura fatali li l-investigaturi jemmnu li kienet riżultat ta’ serqa li kienet ippjanata ħażin. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentata tal-att ta’ akkuża kontra Dragomanski wkoll waslet biex tiskadi għax kien tressaq ftit wara li tressaq Muka. Is-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon qed imexxu l-prosekuzzjini fil-każ. L-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qed jidhru bħala parte civile.
//= $special ?>