Ambjent Lokali

Kundanna għal qtil illegali ta’ numru ta’ għasafar – PN

Fi ftit jiem biss ġew irrapurtati żewġ inċidenti differenti li jirriflettu atti irresponsabili ta’ kaċċa llegali minn persuni li għadhom ma ġewx identifikati. 

Janice Chetcuti il-Kelliema għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali u Charles Azzopardi il-kelliem għad-Delizzji u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja permezz ta’ stqarrija qalu li fiż-żewġ inċidenti separati ġew midruba 10 tajr protett magħruf bġala Bagħdan l-Aħmar (Marsh Harriers). Dawn instabu midruba u wħud minnhom maqtula fl-inħawi ta’ Delimara f’Marsaxlokk. Dan it-tip ta’ tajr isib kenn f’ dawn l-inħawi fiż-żmien tar-Rebbiegħa. Huwa att kriminal li jiġu kkaċjati.

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna dan il-att barbaru u għalkemm jifhem, jirrispetta u jaċċetta r-riżultat demokratiku li nkiseb favur ir-Referendum favur il-kaċċa tas-sena 2015, ma jista jittolera qatt dan it-tip ta’ abbuż.

Hemm bżonn ta’ aktar infurzar u sistemi kontinwi ta’ patrolling f’ dawn l-ispazji biex b’ hekk l-abbuż jiġi finalment ikkontrollat. Hemm bżonn għalhekk li bħala pajjiż inkunu konformi ma’ dak li titlob il-liġi f’dan ir-rigward u allura li min jinqabad iwettaq dawn l-atti kriminali jiġi ppenalizzat kif titlob il-liġi.