Formula 1 Futbol Sport

Lewis Hamilton jikkonferma l-interess tiegħu fix-xiri ta’ Chelsea

(Ritratt: EPA)

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton ikkonferma li hu parti minn konsorzju fix-xiri tal-club Ingliż Chelsea FC. Rapporti fil-media Ingliża rrappurtaw li kemm Hamilton kif ukoll Serena Williams, rebbieħa ta’ 23 Grand Slam, se jkunu qed jikkontribwixxu b’£10miljun kull wieħed fl-offerta’ li Sir Martin Broughton tefa’ għaċ-champions Ewropej.

Hamilton qal li ma setgħax jirrifjuta din l-opportunita’ li jkun parti minn dan il-konsorzju, flimkien ma’ Serena Williams. Hamilton stqarr li minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li jkun involut fil-futbol, minkejja li ta’ eta’ żgħira kien jissaportja lit-tim rivali ta’ Chelsea, Arsenal.

Bħalissa Chelsea qed joperaw taħt liċenzja speċjali li nħarġet mill-gvern Brittaniku wara s-sanzjonijiet li ġej imposti fuq s-sid Roman Abramovich, fid-dawl tal-assoċjazzjoni tiegħu mal-President Russu Vladimir Putin u l-invażjoni fl-Ukrajna.