Mara residenti Ħaż-Żebbuġ li tellgħet posts fuq Facebook fejn stiednet maġistrat biex tagħmel atti mmorali u li nsulentata bi kliem diżpreġġattiv kienet immultatha €50. Il-mara bdiet tisfidaha biex “tippreżenta mandat ieħor” kontriha u qalet li tittama li l-maġistrat tifga’u tispiċċa tinħaraq fl-infern,” ingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm jiġi konkluż ta’ rapport ta’ qabel is-sentenza, wara li ammettiet l-akkużi relatati.
L-Ispettur Clayton Camilleri ressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, lil Charlene Gatt ta’ 36 sena, u akkużaha li f’Marzu insulentat jew użat theddid fil-konfreont ta’ impjegat pubbliku, ġarret sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja, u bagħtet insulti u theddid permezz ta’ apparat ta’ komunikazzjoni elettronika.
Gatt kienet akkużata ukoll li waqt seduta tal-qorti insulenat maġistrat u li kisret tliet każijiet ta’ kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja kif ukoll sentenza sospiża mogħtija fi Frar. Hija ġiet akkużata wkoll li kienet reċidiva. L-Ispettur Camilleri spjega li l-akkużata kitbet numru ta’ kummenti ta’ theddid fuq Facebook fir-rigward ta’ maġistrat.
Il-maġistrat ma kinitx insistiet li tressaq akkużi għall-ewwel iżda l-mara baqgħet tippersisti bil-posts dwar il-maġistrat kif ukoll l-uffiċjali tal-pulizija. Waqt li wriet screenshots tal-kummenti, flimkien ma’ sikkina tal-kċina li nstabet fil-handbag tagħha fil-ħin tal-arrest tagħha, il-prosekuzzjoni talbet ordni ta’ protezzjoni u ordni ta’ trażżin favur il-maġistrat inkwistjoni, għat-tul tal-proċeduri kriminali.kontra Gatt.
Wara talba mill-avukat Marion Camilleri, li irrappreżentat lil Gatt flimkien mal-avukat Franco Debono, il-Qorti ppermettiet lill-uffiċjali tad-difiża u tal-prosekuzzjoni jersqu lejn il-bank, fejn il-każ ġie diskuss privatament. Wara ftit minuti d-difiża daħlet sentenza ta’ ħtija, flimkien ma’ dikjarazzjoni li l-akkużata kienet taf li l-maġistrat inkwistjoni hija persuna serja ta’ integrità u kienet qed tirtira l-posts kollha tagħha fil-midja soċjali, u formalment talbet skuża għall-għemil tagħha.
L-avukat difensur Franco Debono talab rapport ta’ qabel is-sentenza, li nżamm wara li l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx. Uffiċjal tal-probation ġie maħtur mill-qorti biex ifassal ir-rapport ta’ qabel is-sentenza. Il-Qorti imponiet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-isem tal-maġistrat insulentata mill-mara fid-dawl ta’ talba konġunta kemm mill-prosekuzzjoni kif ukoll mid-difiża.
Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba tal-mara għall-ħelsien mill-arrest, fid-dawl tal-ammissjoni tagħha. Il-Maġistrat Noel Bartolo ta lill-mara l-libertà proviżorja, u ordnaha tiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa. Il-ħelsien mill-arrest tagħha ġie żgurat b’garanzija personali ta’ €1,000. Il-Qorti ordnatha wkoll tħassar il-posts kollha sa nhar it-Tnejn.
//= $special ?>