Rowen Camilleri
BIRKIRKARA……….0
FLORIANA…………..0
Birkirkara: A. Sylla, E. Ruiz, Y. Yankam (P. Mbong 72’), C. Bonanni, K. Zammit, F. Falcone (N. Cross 87’), R. Scicluna, O. Carniello, L. Aguirre, K. Bevis, J. Macedo (D. Venancio 72’)
Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend (M. Veselji 74’), C. Rutjens, O. El Hasni, Z. Cassar, J. Arias (K. Reid 57’), A. Ciolacu, N. Garcia, B. Paiber (R. Camenzuli 70’), E. Callegari (R. Hovsepyan 70’), J. Busuttil (A. Garcia 74’)
Imwissija: C. Rutjens 39’, O. El Hasni 71’, A. Ciolacu 88’ (F), K. Zammit 44’, C. Bonanni 90+4 (B)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Roberto Vella
Il-Mument Plejer tal-logħba: Zachary Cassar (Floriana)
BOV Plejer tal-Logħba: Jan Busuttil (Floriana)
F’konfront li ntlagħab fl-Istadium Nazzjonali, Birkirkara u Floriana spiċċaw fi draw ta’ 0-0, riżultat li ma’ jikkuntenta l-ħadd minnhom hekk kif għal Floriana dan jista jkun ta’ daqqa ta’ ħarta fil-ġlieda għat-titlu jekk Hibernians jirbħu kontra Gudja, filwaqt li Birkirkara jistgħu jintlaħqu fit-tielet post minn Ħamrun jekk dawn tal-aħħar jgħelbu lil Gżira United. Birkriakra kienu mmexxija mill-Assistant Coach Jonathan Holland wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-club ħabbar li Andre Paus ma’ kienx għadu fit-tmexxija tal-Istripes bi qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Il-bidu tal-partita kien wieħed nieqes minn azzjonijiet lejn iż-żewġ lasti tant li l-ewwel azzjoni perikoluża waslet fis-26 minuta minn Floriana meta Zachary Cassar għadda ballun tajjeb ħafna ‘l quddiem lejn Andrei Ciolacu iżda r-Rumen għal ftit ċentimentri ma’ laħaqx il-ballun f’dak li seta jkun ċans tajjeb ferm li jiftaħ l-iskor. Fl-34 minuta Birkirkara fuq l-attakk meta minn kross ta’ Leandro Aguirre, l-attakkant Arġentin Federico Falcone ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun milqugħa faċilment minn Kitanov. Fil-45 minuta reġa kien Zachary Cassar li mix-xellug tefa’ ballun tajjeb lejn in-nofs li sab lil Jan Busuttil li iżda ma’ laqatx tajjeb fil-kaxxa, bil-ballun ikun milqugħ minn Sylla u mtajjar mid-difiża Karkariża. Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud Jan Busuttil ħarab tajjeb minn fuq ix-xellug u wara li qabeż plejer, qassam lejn Magri Overend li prova xutt b’saħħtu iżda għadda ftit barra. Tmiem l-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jonqsu milli jiftħu l-iskor.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fl-54 minuta minn Aguirre li krossja fil-kaxxa fuq Falcone li għola bir-ras iżda l-ballun ħabat ma’ Ruiz u mar f’korner. Tliet minuti wara Jan Busuttil prova konklużżjoni minn barra l-kaxxa li iżda kien faċli għal Sylla. Kwarta mit-tmiem kellna l-ewwel xutt lejn il-lasti minn Birkirkara fit-tieni taqsima meta Kilian Bevis prova konklużżjoni minn barra li spiċċat f’idejn Kitanov. Aktar ma’ għadda ħin il-partita aktar naqqset mir-ritmu tagħha, biż-żewġ timijiet jonqsu milli jkunu krejattivi u għalhekk naqsu l-azzjonijiet perikolużi lejn il-lasti taż-żewg goalkeepers, bir-riżultat jibqa dak ta’ 0-0.
//= $special ?>