Sport Sport Ieħor

Illum se ssir it-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Illum se ssir it-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali fejn se jkunu rikonoxxuti l-aqwa sportivi għas-sena 2021. Il-votazzjoni għal din is-sena diġa’ saret mill-membri tal-ġurija magħżula mill-Għaqda Ġurnalisti Sports fejn tefgħu l-voti tagħhom bir-riżultati jkunu magħrufa illejla fis-serata finali.

Fiċ-ċerimonja finali se jkunu rikonoxxuti atleti fi tmien kategoriji standard li jinkludu; Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Tim Tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Kowċ tas-Sena, People’s Choice Award. Fis-serata finali se jkun qed jitħabbar ukoll ir-rebbieħ tal-Attivita’ Internazzjonali tas-Sena li huwa rikonoxximent speċjali mogħti mill-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.

Il-mistednin speċjali għal din is-serata se jkunu il-Viċi President tal-AIPS Iannis Daras kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru, Erodotos Miltadous.