Inter telgħu fl-ewwel post tal-klassifika momentarjament b’rebħa ta’ 3-1 fuq Roma. Inter fetħu l-iskor man-nofs siegħa logħob meta minn pass ta’ Hakan Calhanoglu kien Hakan Dumfries li b’xutt fir-rokna tax-xibka għeleb lil Rui Patricio għal 1-0. Inter irdoppjaw ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross fil-baxx ta’ Ivan Perisic kien Marcelo Brozovic li xeħet fix-xibka għal 2-0. Inter għalqu l-partitau assiguraw ruħhom mit-tliet punti fit-52 minuta meta Hakan Calhanoglu żmarka lil Lautaro Martinez li kkonkluda fix-xibka għal 3-0. Roma skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fil-85 mintua permezz ta’ Henrikh Mkhitaryan.
SERIE A
Illum: Torino v Spezia 2-1, Venezia v Atalanta 1-3, Inter v Roma 3-1