Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet sular minn taraġ ta’ sit ta’ kostruzzjoni

Mara ta’ 68 sena residenti x-Xewkija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular minn taraġ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Xagħman, is-Sannat, Għawdex għall-ħabta tal-10am.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza. Hi ttieħdet permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li fetħet inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin