Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ l-iSprint Race f’Imola

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ RedBull Max Verstappen rebaħ l-isprint race f’Imola u se jkun qed jibda fl-ewwel post fil-Grand Prix tal-Ħadd. Fit-tieni post se jkun qed jibda il-leader Charles Leclerc ta’ Ferrari filwaqt li Sergio Perez se jibda fit-tielet post.

Fir-raba’ post se jibda Carlos Sainz ta’ Ferrari segwit minn Lando Norris ta’ McLaren b’sieħbu tal-istess team Daniel Ricciardo jtemm fis-sitt post. Valtteri Bottas se jibda mis-seba’ post segwit minn Kevin Magnussen fit-tmien post. Fernando Alonso ta’ Alpine se jibda mid-disa’ post segwit minn Mick Schumacher ta’ Hass fl-għaxar post.

Is-seba’ darbiet champions tad-dinja Lewis Hamilton se jibda fl-erbatax-il post wara li għal darb’oħra Mercedes iddiżappuntaw.