Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur mix-Xewkija kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.

Il-każ seħħ is-Sibt f’nofsinhar fi Triq il-Ferrovija meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 37 sena resident l-Imsida u l-mutur misjuq mill-Għawdxi ta’ 49 sena.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.