Numru ta’ persuni nġabru flimkien biex jieħdu sehem f’turnament tal-isnooker, bil-fondi miġbura marru b’risq l-għaqdiet Step Up for Parkinsons’ u Malta Parkinsons’ biex jgħinu persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni u qraba tagħhom.
L-iżgħar parteċipant f’dan it-turnament hu Xavier Rizzo ta’ 13-il sena.
Fost il-61 parteċipant kien hemm ukoll il-plejer professjonali, Tony Drago li qalilna li għalih tfisser ħafna li jwassal l-għarfien dwar din il-kundizzjoni.
Il-moħħ wara Step Up for Parkinsons’, Adrian Casha qalilna dwar l-importanza tal-isports biex tnaqqas l-effetti tal-Parkinsons.
Iżda biex il-persuni li għandhom il-Parkinsons’ isibuha iktar faċli biex jaċċettawha, il-qraba jridu jkunu hemm biex jagħtuhom is-sostenn kollu meħtieġ, kif tispjegalna aħjar Alice Peplow.
L-isport hu meqjus bħala ta’ importanza kbira għal persuni li jbatu mill-kundizzjoni Parkinsons hekk kif il-moviment itaffi xi ftit jew wisq is-sintomi li jgħaddu minnhom ta’ kuljum.
Żaru dan it-tournament il-Viċi Kap tal-PN David Agius, il-Whip tal-Grupp Parlamentari, Robert Cutajar u d-Deputati Graziella Galea u Graham Bencini.