Lokali

Żagħżugħ jitlef ħajtu f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann

Żagħżugħ ta’ nazzjonalità Sirjana, residenti Birkirkara tilef ħajtu traġikament waqt li kien fuq il-lant tax-xogħol.

Il-każ seħħ fit-8.30 tas-Sibt filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Gallina, f’San Ġwann meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 25 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi madanakollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li fetaħ inkjesta minnufih filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.