Żagħżugħ mill-Birgu kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident ta’ traffiku fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ ftit wara l-10 tal-Ġimgħa filgħaxija fis-service road, tal-ġenb, ta’ Triq l-Imdina, meta għal xi raġuni l-vettura misjuqa miż-żagħżaugħ ta’ 18-il sena ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati.
Fil-post ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
