Lokali

196 każ ġdid ta’ Covid-19; Tmut persuna oħra

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 196 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 144 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa naqas għal 4,865.

Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat tilef ħajtu persuna oħra sabiex b’hekk, huma 688 it-total ta’ vittmi li tilfu hajjithom f’pajjizna kawza tal-Covid-19.

Numri ezatt ta’ kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-Covid-19 jibqgħu mhux magħrufin, hekk kif il-Gvern mhux jippubblika c-cifri ufficjali.

Intant.. hekk kif l-Ġimgħa ġew mħabbra aktar rilaxx ta’ miżuri abbinati mal-Covid-19, fosthom li l-maskri mhux se jkunu iktar obligatorji.. fi stqarrija maħruġa mill-Kamra tal-Ispizjara, il-Kamra appellat lis-Suprintendent tas-Saħħa sabiex l-ilbies tal-maskra jinżamm xorta waħda fl-ispizeriji .. kemm mill-ispizjara u l-staff, kif ukoll mill-pazjenti u l-klijenti.

Hekk kif mit-Tnejn, 2 ta’ Mejju, l-ilbies tal-maskra mhux se jibqa obbligatorju ħlief fl-isptarijiet, kliniċi, djar tal-anzjani u fuq l-ajruplani… il-Kamra tal-Ispizjara tenniet li bl-istess mod din l-eċċezzjoni għandha tapplika għal l-ispizeriji.

L-ispizjara u l-istaff, kif ukoll il-pazjenti u l-klijenti għandhom ikomplu jiġu protetti u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw is-sigurtà tagħhom.