Fl-Allianz Arena Bayern Munich għelbu lil Borussia Dortmund bl-iskor 3-1 biex rebħu l-Bundesliga għall-10 sena konsekuttiva. Gowls minn Serge Gnabry u Robert Lewandowski taw vantaġġ doppju lil Bayern Munich fl-ewwel taqsima qabel fit-52 Emre Can naqqas id-distakk għal Dortmund mill-11-il metru. Bayern Munich aċċertaw mir-rebħa b’gowl taż-żagħżugħ Jamal Musiala seba’ minuti mit-tmiem.
Bayern Munich rebħ l-31 titlu tagħhom fl-istorja bl-attakkant Thomas Muller sar l-ewwel player li rebaħ 11-il Kampjonat tal-Bundesliga. Dan kien ukoll l-ewwel titlu għal-kowċ ta’ 34 sena Julian Nagelsmann li ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim fil-bidu tal-istaġun. Wara 31 partita Bayern Munich rebħu l-Bundesliga b’75 punt bit-tim tat-tieni post, Dortmund, 12-il punt warajhom bi 63 punt.
//= $special ?>