Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kosta fin-Naxxar

Aktar kmieni llum, raġel ta’ 53 sena residenti Pembroke kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat- traffiku. Dan il-każ seħħ għal xi l-ħdax ta’ filgħodu, fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Harley Davidson XL, misjuq mill-vittma u karozza Citroen C3 misjuqa minn Belġjan ta’ 58 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.