In-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar talbu biex ir-Russi jippermettu l-eżodu ta’ ċivili mill-belt Ukrena ta’ Mariupol li kważi nqerdet kompletament taħt l-attakki tal-qawwiet Russi.
Iżda minkejja kollox, ir-Russi xorta komplew jibbumbardjaw lill-kumpless industrijali ta’ Azovstal, f’Mariupol, fejn għad fadal il-mijiet ta’ suldati Ukreni u numru daqstant kbir ta’ ċivili li marru hemmhekk biex jaħarbu mill-battalji fl-inħawi,
Intant, ma kienx ċar jekk in-nies humiex qed jużaw rotta umanitarja partikulari biex jaħarbu minn Mariupol. Dan waqt li n-Nazzjonijiet Uniti kompliet issejjaħ biex il-ġlied f’din il-belt tal-port jintemm immedjatament ‘biex ma sseħħx traġedja umana oħra’.
Kelliema għan-NU wissew li aktar ma jdumu l-bumbardamenti fuq Mariupol, akbar se tkun il-possibbiltà li n-nies ħajjin fiz-zona jkomplu jonqsu. Dan meta hu kkalkulat li madwar 100,000 ruħ spiċċaw iżolati f’din il-belt li l-parti kbira tagħha waqgħet taħt il-kontroll tar-Russi.
//= $special ?>