Id-daqqa tal-għoli tal-ħajja qed taffetwa mhux biss lill-konsumatur iżda wkoll lin-negozji nnfushom, għal diversi raġunijiet .. partikolarment minħabba l-kunflitt li għaddejj bħalissa fil-Lvant tal-Ewropa.
F’intervista fuq Net TV, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb saħqet li r-rata tal-inflazzjoni splodiet ‘il fuq minħabba li l-Ukrajna hija fornitur ta’ affarijiet bażiċi fl-Ewropa.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ fakkret li l-pandemija ghadha wkoll qed taffetwa lil pajjiżna.
Marisa Xuereb semmiet ukoll numru ta’ alternattivi li pajjiżi fl-Ewropa qegħdin isibu sabiex jiġġieldu din is-sitazzjoni tal-għoli tal-ħajja.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ qalet li ħafna negozji qed joqogħdu ħafna aktar kawti fit-tip ta’ commitments fejn jidħlu prezzijiet .. minhabba l-inċertezza li sabu ruħhom fiha.
Marisa Xuereb tenniet li is-sitwazzjoni tal-Ukrajna hi nkwetanti ħafna u aktar kemm tieħu fit-tul, aktar se jiżdiedu t-tbatijiet għall-familji.
“Meta l-inflazzjoni tkun gejja bħal ma hu l-kaz bħalissa mis-supply side .. ghandek riskju li d-domanda tonqos u l-prezzijiet jgħollew.. u dan iggib l-qagħad. Igifieri hemm riskji kbar politici fl-ewropa li hemm bzonn jigu ndirizzati”
//= $special ?>