Lokali

“Ilkoll irridu nimxu ‘l quddiem b’mod b’saħħtu” – Bernard Grech

Accept Analitiċi cookies to view the content.

“Din l-elezzjoni bgħatitilna messaġġ ieħor qawwi li qed titlob aħjar mill-Partit Nazzjonalista u li nkunu alternattiva reali għal-Labour. Bl-għajnuna ta’ grupp parlamentari żagħżugħ u enerġizzat, jien lest li nwettaq din il-bidla, iżda biex nagħmen dan għandi bżonn mandat qawwi għax nemmen li bħalissa mhux żmien ta’ taqliba oħra.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li l-imrar li ħalliet l-elezzjoni li għaddiet irridu ndawruh fl-enerġija biex inwettqu tibdil u tisħiħ meħtieġ għax jekk jixraq lill-Partit Nazzjonalista u hekk jixraq lil Malta.

Huwa qal li meta sena u nofs ilu ressaq il-kandidatura tiegħu biex immexxi dan il-partit, kien jaf li kienet se tkun triq twila u għat-telgħa. Żied jgħid li d-deċiżjonijiet li nieħdu flimkien se jkunu deċiżjonijet li jiddeterinaw l-eżistenza ta’ dan il-partit.

“Sena u nofs ilu wegħedkom l-umiltà, hekk kont u hekk se nibqa’… se naffronta r-realtà anke jekk din ma tkunx faċli, għaliex jien bħal kull wieħed u waħda minkom għand għal qalbi l-partit u mhux l-interessi personali tiegħi.”

Huwa qal li l-problemi li għandna jmorru lil hin mill-problema tat-tmexxija, għalhekk huwa qali li l-problema mhix min se jkun il-Kap. Qal li għandna problema finanzjarja… 32 miljun ewro dejn. Waqt li qed imexxi partit biex jimxi ‘l quddiem, jinsab imxekkel bil-limitazzjoni finanzjarja tal-partit.  

Bernard Grech qal li jekk il-Partit ma jinbidilx f’organizzazzjoni aktar sostenibbli se jkun qed jiggarantixxi falliment wieħed wara l-ieħor. Huwa biss jekk nagħtu prova lill-poplu li nistghġu nsewwu l-affarijiet taghna stess, li nkunu kapaċi mmexxu lilll-pajjiz.

Huwa qal li dan huwa żmien għal azzjonijiet u deċiżjonijiet… fejn kulħadd għandu jpoġġi lilu nifsu fil filliera ta’ wara u fuq quddiem iqiegħed il-kollettiv u lill-partit.

Il-Kap tal-PN saħaq li jekk l-azzjonijiet tiegħu ma jwasslux biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ it-tielet siġġu fl-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej, se jerġa’ jpoġġi t-tmexxija tiegħu għat-test elettorali intern.