Illum ġie fi tmiemu t-tournament Snooker for Parkinson’s organizzat mill-organizzazzjoni volontorja Step Up for Parkinson’s, bil-għan li jinġabru fondi b’risq l-istess organizzazzjoni li tgħin persuni li jbatu mill-istess kundizzjoni. Fit-tournament qed jipparteċipaw 61 player fl-akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun, fosthom il-players professjonali Tony Drago, Alex Borg u ċ-champion nazzjonali Brian Cini.
Adrian Casha kien responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’ fejn inġabru total ta’ €1966 matul it-tournament ta’ jumejn. Aktar kmieni żaru l-attivita’ il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali Graham Bencini u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali David Agius.
Aaron Busuttil rebaħ il-kategoriji Premier u tal-Ewwel Diviżjoni wara li għeleb lil Philip Ciantar fil-finali, filwaqt li Lee Grim rebaħ il-kategoriji tat-tieni u t-tielet diviżjoni wara li għeleb lil Arthur Chetcuti fil-finali.
//= $special ?>