Lokali Mużika

Kurt Calleja jirbaħ il-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Bla Tarf’

Kurt Calleja huwa r-rebbieħ tal-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Bla Tarf’. Huwa kiseb l-ogħla punti tat-televoting b’total ta’ 45 punt, hekk kif b’kollox kiseb 101 vot.

Fit-tieni post klassifika l-grupp Kantera bil-kanzunetta ‘Tkun ‘l Hawn Għaddi’, filwaqt li fit-tielet post ġiet Claudia Faniello bi ‘Ġmielek’.

Din kienet it-tieni edizzjoni tal-festival kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’… festival li għolla fl-ogħla livell il-lingwa Maltija.

Intant f’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech awgura lil Kurt Calleja għar-rebħ ta’ dan il-festival li offra ċelebrazzjoni ta’ talent Malti, arti. kultura u ħiliet straordinarji tekniċi.