Futbol Sport

L-eks goalkeeper Taljan Stefano Tacconi jiddaħħal l-isptar

Siviglia - Benfica Europa League 2013 2014 - Finale Nella foto: TacconiPhoto Daniele Badolato / LaPresse 14 05 2014 Turin ( Italy ) Sport Soccer Sevilla - Benfica Europa League 2013 2014 Final In the picture: Tacconi

Stefano Tacconi , eks goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, jinsab l-isptar f’qagħda gravi fl-isptar f’Alessandria fis-sala tan-newrokirurġija. Tacconi kien iħossu ħażin f’Asti, fejn kien mar għal attività ta’ karità. L-eks goalkeeper jinsab l-isptar bi pronjosi riservata u bħalissa l-kundizzjoni tiegħu tidher kritika. Ibnu Andrea, kien miegħu meta ma ħassux tajjeb.

Stefano Tacconi, imwieled Perugia fit-13 ta’ Mejju 1957, huwa eks goalkeeper fejn dam kważi għaxar snin il-goalkeeper ta’ Juventus, kif ukoll captain fl-aħħar staġuni. Huwa l-uniku goalkeeper li rebaħ il-ħames kompetizzjonijiet tal-klabbs tal-UEFA fis-seħħ dak iż-żmien, rebaħ mat-tim ta’ Juventus, li miegħu kiseb ukoll żewġ titli tal-kampjonat u Coppa Italia.

Mat-tim nazzjonali Taljan ħa sehem f’kampjonat Ewropew fl-1988 u f’kampjonat dinji fl-1990. Ġie inkluż mill-IFFHS fil-140 post fil-klassifika tal-aqwa goalkeepers fid-dinja fil-kwart ta’ seklu 1987-2011