Saret b’suċċess tellieqa ġdida li għalija kien hemm stennija kbira minn diversi atleti Maltin u barranin. Filfatt, fil-ġurnata tal-Ħadd 24 ta’ April saret l-ewwel edizzjoni tal-Maratona Intersport La Valette.
Il-maratona, li fiha ħadu sehem madwar 800 persuna, ta’ kull età u kull nazzjonalità, maratona li welldu Matthew Pace, Charlie Demanuele u Fabio Spiteri.
Din inkludiet maratona sħiħa, nofs maratona, walkathon u relays ta’ distanza qasira. Kollox beda minn tas-Sliema u ntemm quddiem il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu.
Charlton Debono daħal fl-ewwel post wara li ġera wieħed u għoxrin kilometru f’ħin ta’ siegħa u tnax –il minuta.” Fi tmiem il-maratona l-atleti ngħataw midalji bħala rikonxximent.
Dan filwaqt li r-rebbieħa tal-kategoriji rispettivi ingħataw trofew.
//= $special ?>