Lokali

“Matul dan il-proċess, kulħadd għandu jagħraf jagħmel pass ta’ umiltà” – Mark Anthony Sammut

Il-Kunsill Ġenerali nfetaħ mill-President tal-istess Kunsill id-Deputat Mark Anthony Sammut fejn sellem il-memorja tal-Professur John Rizzo Naudi.

Huwa qal li dan il-Kunsill Ġenerali li qed jitlaqqa’ wara l-elezzjoni ġenerali kif mitlub minn artiklu 82 (1) (b) tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, u peress li wara din l-elezzjoni l-Partit qiegħed fl-Oppożizzjoni, kif jitlob l-istess statut f’artiklu 89 (2), ħa jkun qed iniedi wkoll l-proċess ta’ elezzjoni ta’ Kap tal-Partit.

Mark Anthony Sammut saħaq li din l-elezzjoni se tkun qed titmexxa mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mic-Chairperson Peter Fenech,

Huwa spjega kif peress li din hija elezzjoni ta’ Kap, u mhux sempliċiment konferma, jiġi segwit il-proċess sħiħ ta’ elezzjoni ta’ Kap kif spjegat f’artiklu 90 tal-Istatut tal-Partit. Dan ifisser li fil-ġranet li ġejjin joħroġ l-avviż tad-dikjarazzjoni ta’ interess, isir il-proċess ta’ verifika ta’ due diligence fuq dawk kollha li jiddikjaraw interess li jsir mill-Kummissjoni Kandidati mmexxija minn Colin Bowman. Wara, dawk li jiġi verifikati fil-pożittiv ikollhom l-opportunità jitfgħu n-nomina tagħhom, u jittieħed il-vot jew fil-Kunsill Ġenerali jew fil-Konvenzjoni Ġenerali skont l-ammont ta’ kandidati li jikkontestaw.

Mark Anthony Sammut qal li kif jgħid l-Istatut, f’każ ta’ kandidat wieħed, il-vot jittieħed fil-Kunsill Ġenerali, f’każ ta’ żewġ kandidati l-vot jittieħed fil-Konvenzjoni Ġenerali tat-tesserati, f’każ ta’ tliet kandidati jew aktar l-ewwel jittieħed vot fil-Kunsill Ġenerali, sabiex l-aktar żewġ kandidati li jġibu voti imbagħad jitressqu għal vot quddiem il-Konvenzjoni Ġenerali.

Huwa appella lill-Kunsilliera kollha tal-Partit Nazzjonalista sabiex jipparteċipaw f’dan il-proċess importanti, proċess li se jimmarka u jiddeċiedi t-triq ‘il quddiem li se jkun qed jieħu l-Partit fis-snin li ġejjin. Il-Partit diġa’ beda proċess intern ta’ djalogu fl-istrutturi tiegħu, proċess li se jinfetaħ għall-kumitati u l-kunsilliera tal-Partit, proċess li se jkompli anke matul dan il-Kunsill Ġenerali li se jibqa’ miftuħ matul dan il-proċess kollu.

Mark Anthony Sammut saħaq li huwa importanti li matul dan il-proċess, kulħadd jagħraf jagħmel pass ta’ umilta’, iħares fih innifsu u jara fejn naqas u fejn hemm tajjeb u hemm potenzjal nibnu fuqu filwaqt li nbidllu dak li sar ħażin.

Huwa qal li jekk dan kollu jsir b’mod tajjeb, jinsab pożittiv li nkunu nistgħu nibnu futur sabiħ għal dan il-Partit u fuq kollox għal pajjiżna.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Elettorali Ewlieni saħaq li “Il-qofol ta’ kull demokrazzija hija l-partecipazzjoni ta’ kull individwu fil-process li jrid jirregola l-gejjieni tiegħu. L-eżerċitar tad-dritt mgħotti lil kull wieħed u waħda minnkom li tiddeterminaw fil-fehma tagħkom billi tipparteċipaw fl-elezzjoni fejn dak li jkun għandu d-dritt li jivvotta għat-tmexxiija ta’ kumitat, ta’ għaqda, ta’ Partit, ta’ Pajjiz. Hekk sar fis-26 ta’ Marzu li għadda u hekk illum imiss lilkom membri tal-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista.”

Kif jitlob l-Istatut tal-PN, wara kull Elezzjoni Genrali, ikun xi jkun ir-rizultat il-kumitat ezekuttiv huwa obbligat li jlaqqa l-Kunsill Ġenerali sabiex japprova mozzjoni illum mozzjoni mressqa għall-approvazzjoni mis-segretarju generali Michael Piccinino, mozzjoni bażikament li jitlob li dan il-kunsill Iniedi l-proċess għall-ħatra ta’ Kap tal-PN. Il-kummsijoni Elletorali kif jitlob l-Istatu huwa l-organu li se jirregola dan il-proċess. Fil-każ kif kellna ta’ telfa elletorali, l-Istatut jidderiġġi lil-PN li jiftaħ is-sejħa għall-persuni interessati li jokkupaw l-kariga ta’ Kap tal-Partit.

L-Istatut tal-Partit jitlob li din is-sejħa isir fi tliet stadji – l-ewwel tinħaraġ dikjarazzjoni ta’ interess minn dawk il-persuni li jridu jikkontestaw il-kariga. Wara l-gheluq ta’ dan il-perjodu, il-ballun jgħaddi f’saqajn il-kummisjoni kandidati sabiex fil-perjodu stipulat mill-Istatu tal-Partit stess, iressqu l-verifiki tagħhom, ta’ kull persuna li quddiem il-kummisjoni eletoralli jkun ressaq id-dikjarazzjoni ta’ interess.

Wara l-għeluq tat-tieni fażi, l-kummisjoni eletoralli tiftaħ għan-nomini għal-kariga ta’ Kap tal-Partit minn fost dawk li jkunu għaddew minn dan il-process.. u għalhekk li wara li jintemm dan il-kunsill generali, illum, il-kummissjoni elletorali se tgħaddi sabiex illum waranofsinhar tippubblika is-sejħa ta’ interess minn fost il-membri tal-PN, minn fost dawk il-membri li ilhom aktar minn sena tesserati u għandhom interess jikkontestaw għal din il-kariga.

Il-perjodu għas-sottomissjonijiet ta’ interess se jibqa miftuħ sebat ijiem kif jgħid l-Istatut.. u wara l-Kummissjoni kandidati tressaq quddiem il-kummissjoni elletorali ir-rizultati tagħha u l-kummissjoni kandidati għandha massimu ta’ sitt ġimgħat naturalment perjodu jiqsar skond kemmikun hemm kandidati. Minn hemm l-eżitu tal-proċess dejjem skond kemm ikun hemm kandidati, jgħaddi quddiemkom. Il-kummisjoni Eletoralli tniedu t-triq, iż-żmien li se jkollkom inthom sabiex tipparteċipaw fil-proċess dipendenti skond kemm ser ikun hemm kandidati.

Se jsir process bilgħaqal u trasparenti assolutament. Inthom il-kunsilliera se tkunu l-protagonisti assoluti fl-ewwel fażi ta’ dan il-proċess, peress li se jkun il-vot tagħkom li jiddetermina fl-eventwalità li jkun hemm aktar minn żewġ kandidati għall-din il-kariga, min minnhom jiġi ppreżentat quddiem il-konvenzzjoni ġenerali sabiex hemm hekk il-membri tesserati kollha tal-PN jeleġu l-Kap tal-partit.

F’każ li jkun hemm nomina ta’ kandidat wieħed biss, inthom il-kunsilliera se tkunu l-protagonisti assoluti tal-proġess peress li se tkunu inthom li telegu l-Kap tal-Partit. Kap ta’ Partit, kandidat biex jiġi elett irid jottjeni l-approvazzjoni tal-maġġoranża tal-voti  mixħuta  f’dan il-każ tal-kunsill ġenerali li jitlaqqà apposta.

Il-proċess kollu jkunx quddiem il-kunsill ġenerali jew jitkompliex quddiem il-konvenzzjoni ġenerali ser isir fi ħdan l-istrutturi tal-PN fid-dar Ċentrali jew kif sar fl-aħħar elezzjoni tal-Kap tal-Partit fil-Każini tal-PN.

“Dmiri bħala kummisarju elettorali huwa li nħeġġiġkom li tivvutaw, proċess li m’għandhiex dubju li ser isegwu, ser tipparteċipaw, se tinformaw ruħkom, u l-Kummissjoni Elettorali fil-jiem li ġejjin se tagħmel il-parti tagħha u ser tkun qed tikomunika magħkom sabiex iżżomkom aġġornati dwar dak li jkun għaddej.”