Max Verstappen ta’ RedBull rebaħ il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna fiċ-ċirkwit ta’ Imola biex naqqas id-distakk minn mal-leader Charles Leclerc għal 18-il punt. Is-sewwieq l-ieħor ta’ RedBull il-Messikan Sergio Perez temm fit-tieni post segwit minn Lando Norris ta’ McLaren fit-tielet post. George Russell ta’ Mercedes temm fir-raba’ post, b’Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo jtemm fil-ħames post u Charles Leclerc jidħol fis-sitt post.
Yuki Tsunoda ta’ Alpha Tauri daħal fis-seba’ post segwit minn Sebastian Vettel u Kevin Magnussen rispettivament. Fl-għaxar post daħal is-sewwieq ta’ Aston Martin Lance Stroll, bis-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton itemm fit-tlettax-il post.
//= $special ?>