Tlett punti importanti għal Milan f’partita diffiċli deċiza fil-ħin miżjud iżda biżżejjed biex żammew id-distakk minimu fuq Inter fil-klassifika b’74 punt minn 34 partita iżda Inter lgħabu partita anqas. Wara biss erba’ minuti, Lazio fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Sergej Milinkovic Savic, kien CIRO IMMOBILE li għeleb lil Mike Maignan . Reazzjoni minn Milan li minkejja li kellhom aktar pussess, rari impenjaw serjament lil Thomas Strakosha bl-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima jibqa’ dak ta’ 1 – 0 . Żdiedet il-pressjoni minn Milan matul it-tieni taqsima tant li fil-50 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Rafael Leao kien OLIVIER GIROUD li għeleb lil Strakosha għal 1 – 1. Bil-partita destinatha għad-draw, fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud kien SANDRO TONALI li minn azzjoni ta’ Zlatan Ibrahimovic għamel l-iskor 2 – 1 u fl-istess waqt ħalla lil Milan bil-punt vantaġġ fuq Inter.
Rebħa drammatika għal Genoa b’gowl deċiżiv skorjat minuta minn tmiem il-partita. Bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet konxji wkoll li telfa għal xi wieħed minnhom ikollha effett dirett fuq ir-relegazzjoni. Tlett punti importanti għal Genoa li minkejja li baqgħu fid-19 il-post b’25 punt laħqu lil Salernitana. Cagliari minkejja li tilfu xorta għadhom bi tlett punti vantaġġ fuq Genoa u Salernitana. Il-gowl deċiżiv wasal fid-89 minuta meta minn azzjoni ta’ Kelvin Yeboah kien MILAN BADELJ li għeleb lil Alessio Cragno b’ebda ħin għal Cagliari biex iwettqu reazzjoni.
SERIE A
Illum: Salernitana v Fiorentina 2-1, Bologna v Udinese 2-2, Empoli v Napoli 3-2, Genoa v Cagliari 1-0, Lazio v Milan 1-2 Għada: Sassuolo v Juventus 8.45pm
//= $special ?>