Remco Evenepoel ta’ Quick-Step rebaħ waħda mill-aktar tlielaq klassiċi taċ-ċikliżmu fl-Ewropa il Liege-Bastogne-Liege li ilha ssir mill-1892. Iċ-champion tad-Dinja Julian Alaphilippe wkoll ta’ Quick Step ittieħed l-isptar wara inċident li seħħ u li fiħ waqgħ xejn anqas minn tletin ċiklist. Ta’22 sena fl-ewwel dehra tiegħu f’din il-kompetizzjoni fetaħ l-attakk fid-daħla tal-foresta Ardennes meta kien fadal 30 kilometru mill-257 kilometru tar-rotta. Eventwalment rebaħ fg’ 6 sigħat 12 il-minuta u 38 sekonda. Dominju assolut ta’ċiklisti Belġjani bi Quinten Hermans jidhol fit-tieni post qabel Wout Van Aert li daħlu 48 sekonda wara Evenepoel.
//= $special ?>