Il-pjazza pittoreska tal-parroċċa tar-raħal agrikolu tal-Imgarr, reġgħet ospitat ‘Festa Frawli’.
Numru kbir ta’ Maltin u Għawdxin irritornaw fit-toroq tal-Mġarr għal edizzjoni oħra ta’ Festa Frawli; avveniment ta’ kull sena, li wara nuqqas minħabba l-Pandemija, issa kien mistenni iktar mis-soltu.. kemm lokalment kif ukoll mit-turisti li attendew bi hġarhom

Din l-attività kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imgarr, il-Kappillan u l-‘Kummissjoni Lejla Mgarrija’ bl-għajnuna ta’ mijiet ta’ voluntiera. Net News tkellem mal-Kapillan tal-Parroċċa Dun Ġorġ Schembri.
Pastizzi, sfineg, ravjul, luminata, smoothies, ġelati, waffles, alcohol, ħelu, u kull ma tista’ timmaġina. Kollox maghmul mill-frawli tal-bdiewa Mgarrin.

Provvista kostanti ta’ frawli frisk kien għall-bejgħ matul il-ġurnata. L-attività inkludiet varjetà wiesgħa ta’ deżerti, ikel u xorb, kollha magħmula bil-frawli friski tal-Imgarr.
Koki professjonali preparaw ukoll platti ‘Gourmet’ bbażati fuq il-frawli. Dan filwaqt li ma naqasx l-Inbid tal-frawli, ġamm, kunservi u prodotti tipiċi oħra li kienu għall-bejgħ.

Matul din l-attività kienu esebiti tifkiriet, xogħlijiet tal-arti u snajja… Mużika folkloristika u Etnika esegwita minn artisti ewlenin Maltin bl-użu ta’ strumenti tradizzjonali.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd saru wkoll attivitajiet speċjali; fosthom kompetizzjoni tal-pittura u mixjiet qosra madwar ir-raħal.

Intant, attenda għal Festa Frawli, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat minn AnneMarie Grech u diversi Deputati tal-Partit Nazzjonalista.







Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>