Iċ-champion tal-WBC Tyson Fury għeleb lil Dillian Whyte b’knockout fis-sitt round fejn iddomina l-ġlieda mill-ewwel round. Wara l-ġlieda Fury indika li mistenni jirtira mill-Boxing hekk kif qal li rnexxielu jikseb dak kollu li seta’ fil-boxing.
Fury qal li jixtieq li jirtira mingħajr telfa u jsir it-tieni hevayweight fl-istorja li għamel dan, wara Rocky Marciano. Fury rnexxielu jibqa’ 33 ġlieda mingġajr telfa, b’Whyte isofri t-tielet telfa tiegħu tal-karriera, wara 31 ġlieda.
Intant fil-kummenti ta’ wara l-ġlieda l-mara ta’ Fury qalet li l-Gypsy King jista’ jirritorna bissa għal ġlieda ta’ unifikazzjoni tat-titli, indikazzjoni li Fury jirritorna biss għal ġlieda kontra Anthony Joshua.
//= $special ?>