Żagħżugħ ta’ 26 sena wieġeb mhux ħati li ta n-nar lill-appartament li jgħix fih huwa stess. Kurt Lanzon minn Ħal Tarxien ġie mixli li b’mod volontarju ta n-nar lil appartament mikri lilu minn ċertu Sean Micallef u dan wara li kellu xi jgħid miegħu . L-allegat inċident seħħ nhar il-Ħamis, ftit qabel is-2.30pm. Il-Qorti laqgħat it-talba tad-difiża u Lanzon ingħata l-pleġġ.
Huwa ġie mixli wkoll quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li għamel ħsarat f’proprjetà li tinsab f’Ħal Tarxien stess ta’ madwar €2,500 għad-dannu ta’ Micallef kif ukoll li kemm-il darba heddu bi vjolenza. L-ispetturi Mario Xiberras u Darren Buhagair mexxew il-prosekuzzjoni qalu lill-Qorti li Lanzon, li jaħdem bħala xufier ta’ ‘tow truck’, kien marbut mad-delitt wara li skoprew messaġġi ta’ theddid wara nvestigazzjoni fuq graffiti mal-ħajt tal-appartament bi spray ta’ kulur aħmar.
Fuq il-post il-pulizija sabu lil sid il-post u lill-akkużat u t-tfajla tiegħu. Qalu li sid il-post informa lill-pulizija li kemm ilu jikri l-appartament lill-akkużat kien hemm xi diżgwid bejniethom. Mill-investigazzjoni ħareġ li ma kienx hemm sgass u l-ħruq tas-sufan li nfirex, ingħata minn xi ħadd li għandu ċ-ċavettatal-post.
Il-messaġġbiiż-żebgħa kien jgħid “waslet tiegħek Ryan”. Il-Pulizija stabbiliet li, erba’ sigħat biss qabel, l-akkużat kien xtara bott ta’ żebgħa bi spay aħmar minn ħanut taż-żebgħa fil-qrib. Il-Pulizja reġgħu kellmu l-akkużat li qalilhom dakinhar tal-ħruq ħareġ kmieni għax-xogħol u wassal lit-tfajla l-isptar fejn hija taħdem u ma marx lura l-appartament.
Qal li mar wara li ċemplulu u qalulu li l-appartament qed jaqbad. Il-Prosekuzzjoni spjegat li mill-mobile tal-akkużat ħareġ li hu kien fl-inħawi tal-appartament bejn is-2.10 u 2.30pm, fil-ħin li kien in-nar infirex mal-post. Il-prosekuzzjoni qalet metal-Pulizija kellmu lil xi ħwienet taż-żebgħa fil-qrib, skoprew li erba’ sigħat qabel il-ħruq, l-akkużat xtara bott żebgħa li kien jaqbel ma’ dik miktuba fuq il-ħajt.
Ħarep li l-għada tal-ħruq, l-akkużat ċempel lil sid il-post u heddu u qallu “tiegħek għadha ġejja”. L-akkużat qed jinnega dak kollu li qed jiġi mixli bih, u qed jikkontendi li huwa mhux se jagħti n-nar post li jgħix fih. Id-difiża immexija minn Franco Debono u Francesca Zarb, talbu għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba l-gravità tal-każ, li jġorr miegħu bejn ħamsa u disa’ snin ħabs. Ingħad ukoll biex jiġi msaħħaħ l-argument li l-appartament jinsab fi blokka ta’ 15-il persuna li fihom jgħixu nies oħra li jridu jixhdu.
Il-Qorti madankollu laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €7,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Huwa ġie ordnat ma jkellimx ix-xhieda u ma jersaqx lejn it-triq tal-appartament. Huwa jrid jiffirma darbtejn l-għassa tal-pulizija Raħal Ġdid. Il-Qorti ġarħet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur sid il-post.
//= $special ?>